Brexit mistennija taffetwa l-industrija tal-logħob diġitali

Madwar 40% tal-kumpaniji tal-logħob diġitali Ingliżi qalu li qed jikkunsidraw li jirrilokaw in-negozju tagħhom minħabba Brexit.
Diversi kumpaniji qalu li minħabba Brexit tilfu l-aċċess għal ċertu talent u fondi li kapaċi jpoġġi n-negozju tagħhom f’riskju kbir meta l-Ingilterra titlaq mill-Unjoni Ewropea għal kollox.
Filwaqt li l-Gvern Ingliż qal li qed jittama li jibqa jattira talent globali, kelliem għad-Dipartiment tal-Kultura, Midja u Sport qal li l-industrija tal-kreattività fl-Ingilterra hi waħda mill-pilastri tal-ekonomija tal-pajjiż.
Fl-2016 l-industrija tal-logħob diġitali fl-Ingilterra għamlet profitt ta’ kważi €3 biljun.