Brexit m’għandux jaffettwa operazzjonijiet minn tobba Ingliżi – Fearne

Brexit mhux mistenni li jaffettwa l-operazzjonijiet li jsiru fl-Isptar Mater Dei minn konsulenti mir-Renju Unit. Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta kien qed iwieġeb mistoqsija tal-Membru Parlamentari Etienne Grech f’seduta parlamentari

Grech staqsa dwar kemm isiru operazzjonijiet f’Mater Dei kull sena minn konsulenti mir-Renju Unit. Staqsa wkoll jekk Brexit hix se jkollha mpatt fuq dawn l-operazzjonijiet. Fearne wieġeb li mill-2016 sal-2018 saru medja ta’ 250 operazzjoni fis-sena minn konuslenti mir-Renju Unit.