Brexit: May se żżur l-Irlanda ta’ Fuq biex toffri assigurazzjoni

Il-Prim Ministru Theresa May se tagħmel żjara ta’ jumejn fl-Irlanda ta’ Fuq għada l-Ħamis, fejn hi mistennija li tagħti l-assigurazzjoni tagħha lill-intrapriżi Irlandiżi li l-Gvern tagħha se jevita fruntiera totali bejn l-Inglilterra u l-Irlanda, li wara Brexit, xorta se tibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea.

F’dikjarazzjoni uffiċjali, May qalet li tinsab ħerqana li tisma’ opinjonijiet differenti mingħand in-negozji fl-Irlanda ta’ Fuq dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea,.