Brexit: “L-uniku ftehim hu dak li qbilna ma’ May” – Barnier lill-PM Ingliż li jmiss

REUTERS/Francois Lenoir

Għalkemm għadd ta’ kontestanti biex imexxu l-Partit Konservattiv Ingliż qiegħdin jgħidu li jridu jneħħu l-Irish Backstop mill-ftehim tar-Renju Unit għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, in-Negozjatur Ewlieni Michel Barnier qal li l-ftehim attwali huwa l-unika ftehim li r-Renju Unit jista’ jilħaq.

Huwa appella lil min se jkun is-suċċessur tal-Prim Ministru Theresa May bex jiffirma t-trattat li ġie mħejji u wara jkunu jistgħu jerġgħu jsiru xi arranġamenti iżda qabel mar-Renju Unit jaqbel mal-ftehim attwali ma jistax ikun hemm ftehimiet oħrajn.

F’intervista li ġiet ippubblikata l-Erbgħa, Barnier qal li għall-Unjoni Ewropea, jekk ir-Renju Unit jiddeċiedi li jibqa’ jkun tajjeb u anki jekk ir-Renju Unit jiddeċiedi li jitlaq mill-Unjoni mingħajr ftehim ikun tajjeb. Iżda qal li jekk ir-Renju Unit ikun irid jitlaq mill-Unjoni b’mod aktar strutturat hemm bżonn li jintlaħaq il-ftehim li diġà nkiteb mal-Gvern ta’ Theresa May.