Brexit: L-UE tħejji pjanijiet f’każ li l-pjan ma jintlaqax mill-Ingliżi

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li qed timplimenta l-preparamenti tagħha f’każ li ma jintħlaħaqx qbil dwar Brexit mar-Renju Unit, jiġifieri li r-Renju Unit titlaq mill-Unjoni Ewropea mingħajr pjan. Dawn il-preparamenti kienu deskritti bħakla ġenerużi minħabba li l-Unjoni Ewropea mhix fid-dmir li tgħin lir-Renju Unit wara li l-pajjiż ma jibqax membru fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni għamlitha ċara li l-preparamenti huma għal soluzzjonijiet temporanji biex jitnaqqas l-impatt tal-Brexit iżda li lanqas setgħet tipprepara għal kukll problema li tista’ tinqala.

Dan qed isir minħabba li l-pjan li ġie maqbul bejn il-Gvern tal-Prim Ministru Theresa May mhux qed issib biżżejjed appoġġ fil-Parlament Ingliż biex jintlaħaq il-qbil neċessarju.

Id-dokument li tħejja mill-Kummissjoni f’każ li l-qbil ma jiġix approvat mill-Parlament Ingliż qed iħeġġeġ lill-Gvernijiet tas-27 pajjiż membru biex ikunu ġenerużi mal-Ingliżi li jgħixu f’dawn l-istati

Apparti din il-proposta għall-permessi ta’ residenzi tal-Ingliżi fl-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea ħejjiet 13-il –proposta oħra li huma ffukati primarjament fuq it-trasport u l-finanzi.

Ewlenin fosthom hemm proposta li tħeġġeġ lill-Gvernijiet biex iħallu titjiriet mir-Renju Unit lejn l-Unjoni Ewoprea għat-tnax-il xahar ta’ wara u biex il-liġijiet li jirregolaw is-servizzi finanzjarji Ingliżi jiġu rikonoxxuti bħala liġi Ewropea għal sena jew sentejn wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.