Brexit: L-Ingliżi qed jiddubitaw jekk ivvutawx tajjeb – YouGov

Read in English.

Stħarriġ ippubblikat aktar kmieni dalgħodu wera li l-Ingliżi qed jiddubitaw jekk ivvutawx tajjeb jew le fir-referendum li sar fl-2016.

Skond statistika ppubblikata minn YouGov, 49% tal-Ingliżi jħossu li d-deċiżjoni għal Brexit kienet waħda ħażina. Kważi l-istess ammont iħoss li d-deċiżjoni m’għandhiex tittieħed minn Westminster iżda b’vot pubbliku. L-informazzjoni ttieħdet matul il-ġimgħa li għaddiet u l-istatistiċi qed jiġu ppubblikati kuljum fuq www.YouGov.co.uk.

Din l-instabiltà fl-appoġġ għal Brexit ġara xi żmien madwar Mejju-Ġunju 2017. Bħalissa, l-appoġġ għal Brexit huwa l-inqas li qatt kien b’49% jaħsbu li Brexit huwa ħażin u 40% jaħsbu li hu tajjeb. Din il-bidla fil-burdata hija riflessa wkoll fir-reazzjoni li l-parteċipanti tal-istħarriġ ta’ YouGov kellhom dwar min għandu jkun min jieħu d-deċiżjoni aħħarija.

35% ħassew li l-unika triq li għad fadal hi li jsiru elezzjonijiet bikrija filwaqt li kwart ta’ dawk li wieġbu baqgħu inkwetati u wieġbu “Ma jafux”.