Brexit: L-impatt ta’ no deal fuq Malta stmat mas- €6 miljuni fis-sena – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-impatt finanzjarju għal Malta f’każ ta’ no-deal għar-Renju Unit, huwa ta’ madwar €6 miljuni fis-sena f’kontribuzzjonijiet lill-Unjoni Ewropea kif ukoll €12–il miljun oħra f’dues. Madanakollu, l-Gvern diġà għamel pjan ta’ kontinġenza u qed jilqa’ minn qabel għal dan l-impatt. Il-Prim Ministru qal dan waqt stqarrija li għamel fil-Parlament.

Muscat qal li l-iktar punt jaħraq f’din il-kwistjoni kollha huma l-istudenti Maltin li jridu jmorru jistudjaw fir-Renju Unit peress li jistagħu jaraw żieda fil-miżati tagħhom minkejja li l-Gvern Ingliż għadu ma wera l-ebda intenzjoni li se jgħolli l-miżati.

Il-Prim Ministru qal li hemm żewġ fatturi li se jinfluwenzaw lit-turiżmu mir-Renju Unit lejn Malta: il-kunfidenza tal-konsumatur Ingliż u li l-valur tal-Isterlina mistennija jaqgħlu daqqa ta’ ħatra f’każ ta’ no-deal.

Filmat: “M’hawnx biżżejjed bini għall-kumpaniji affettwati minn Brexit”

Huwa qal li minkejja li t-turisti Ingliż huma l-aktar popolari f’pajjiżna, dawn mhux mistennija jħallu impatt fuq il-mira ta’ tliet mitt miljun turist f’pajjiżna din is-sena.

Dwar ix-xiri tal-mediċini, il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne qal li mill-1,870 mediċina differenti li Malta tixtri mir-Renju Unit, il-Gvern sab suq alternattiv għal 1,800 minnhom, waqt li fadal 80 mediċina oħra li jiġu prodotti biss fl-Ingilterra. Għal dawn, Fearne spjega li l-Gvern għadu qed ifittex soluzzjoni.

Fearne qal li l-ftehim tal-1975 dwar it-trattament mediku fl-Ingilterra ta’ pazjenti Maltin se jibqa’ fis-seħħ. Huwa qal li l-Gvern jibgħat mat-800 pazjent għat-trattament mediku fl-Ingilterra dwar mard rari jew servizzi li jingħatawx s’issa Malta.

Min-naħa tiegħu, l-Kap tal-Oppożizzjoni Adian Delia qal li f’kull każ, kemm jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bi ftehim, jew bla ftehim, Malta għandha timpenja ruħha li żżomm l-aqwa relazzjonijiet mar-Renju Unit. Huwa qal li l-pppożizzjoni hi nkwetata dwar id-drititjiet taċ-ċittadini Maltin fir-Renju Unit u dwar in-negozji Maltin u anki l-Brittaniċi li jgħixu f’Malta.

Adrian Delia qal li fil-Parlament teżisti rieda politika li Malta tibqa’ żżomm relazzjonijiet mill-aqwa mar-Renju Unit.