Brexit jaf iġib kumpaniji lejn Malta – Ministru Dalli

Brexit jaf tibbenefika lil Malta b’modi differenti, kif qalet il-Ministru tal-Affarijiet Ewropej Helena Dalli.

F’kumment ma’ Newsbook.com.mt, Dalli sostniet kif Londra hija ċentru finanzjarju, iżda hemm ħafna entitajiet li jixtiequ jkollom sieq fl-Unjoni Ewropea. Minħabba dan, xi kumpaniji jaf jiġu Malta, partikolarment peress li l-Ingliż huwa lingwa uffiċjali.

Hija żiedet tgħid ukoll li l-ewwel ħaġa li nnegozzjaw mal-Ingilterra dwar Brexit kienu d-drittijiet taċ-ċitaddin. Biex jagħmlu l-punti tagħhom dwar dan, huma kkonsultaw il-Maltin li qiegħdin jgħixu u jaħdmu hemmhekk.

Tista’ tara l-kummenti tal-Ministru hawn.