Brexit: Ir-Renju Unit jgħid li se ‘jiħdar’ mal-UE jekk ma jinstabx kompromess

September 22, 2019. REUTERS/Jon Nazca

Read in English.

Ir-Renju Unit se jkun qed isir aktar aggressiv fil-pożizzjoni tiegħu lejn l-Unjoni Ewropea jekk jieqfu d-diskussjonjiet dwar Brexit. Jidher li l-pajjiż qed jhedded li jwaqqaf il-koperazzjoni tas-sigurtà sabiex jikkonvinċi l-bloc iwaqqaf aktar dewmien fid-diskussjonijiet. Dan qalu sors Ingliż ta’ Reuters.

Ir-Renju Unit mistenni joħroġ mill-Unjoni Ewropea fi żmien 23 jum. Madanakollu l-futur ta’ Brexit għadu mhux sigur hekk kif kemm Londra kif ukoll Brussell qed iwaħħlu f’xulxin dwar min għandu t-tort tad-dewmien għall-ftehim jew tal-ħruġ mingħajru.

Bosta dipplomatiċi qed jgħidu li ċ-ċans ta’ ftehim ta’ malajr qabel il-31 ta’ Ottubru huwa baxx ħafna. Il-magazine Spectator ikkwota sors mhux dentifikat li qal li n-negozjati mistennija jintemmu din il-ġimgħa. Is-sors żied jgħid li dawk li ttamaw li l-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel kienet se tgħin lir-Renju Unit kellhom żball.

Is-sors qal li l-Gvern mhux lest li jinnegozja aktar u għalhekk, aktar dewmien għal Brexit se jkun għalxejn. Qal li fil-31 ta’ Ottubru, jew se jseħħ Brexit mingħajr ftehim jew se jkun hemm elezzjoni imbagħad iseħħ Brexit mingħajr ftehim.