Brexit: Ir-Renju Unit aktarx jingħata estenzjoni sal-aħħar tas-sena

Ir-Renju Unit aktarx jingħata estenzjoni finali għal Brexit li tintemm fil-31 ta’ Diċembru wara li n-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea Michel Barnier ma rnexxilux jikkonvinċi l-istati membri tal-Unjoni Ewropea li Theresa May għandha pjan biex tkisser il-proċess staġnat ta’ Brexit.

Skont The Guardian, numru ta’ stati membri, fosthom Franza, flimkien mas-Slovenja, il-Greċja, l-Awstrija, u Spanja għadhom xettiċi dwar estenzjoni fit-tul. Bħala raġuni għal dan qed isemmu r-riskji għall-UE jekk ir-Renju Unit ma jġibx ruħu sew.

Barnier talab lill-Ministri tal-UE li kienu qed jiltaqgħu f’Lussemburgu biex iżommu l-pressjoni fuq il-Membri Parlamentari biex jappoġġjaw il-ftehim billi jappoġġjaw it-talba ta’ May għal estenzjoni għal Brexit sat-30 ta’ Ġunju. Dan ħareġ minn nota diplomatika li ġiet leaked.

Però, skont in-nota li rat The Guardian, minflok hemm appoġġ li qed jikber dwar l-idea ta’ estenzjoni fit-tul, b’estenzjoni għal Brexit ta’ madwar disa’ xhur li bħalissa qed tidher vijabbli skont sorsi ta’ The Guardian.