Read in English.
Il-ministru tal-biedja Ingliż qal li għalkemm in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jinsabu fl-aħħar ftit jiem tagħhom għad hemm diverġenzi fundamentali.
George Eustice waqt intervista fuq BBC qal li n-negozjati jinsabu fl-aħħar jiem tagħhom biex jiddeterminaw jekk hux se jintlaħaq ftehim. Dawn il-kummenti ta’ Eustice saru wara li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula vor der Leyen u l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qalu li t-taħditiet se jibqgħu għaddejjin imma hemm tliet punti kritiċi li għandhom jiġu solvuti qabel jintlaħaq ftehim.
Von der Leyen u Johnson ħarġu stqarrija konġunta li fiha stqarrew li sar progress fit-taħditiet f’diversi oqsma imma għad hemm differenzi sinjifikanti.
L-isqarrija kompliet li se jerġgħu jitkellmu t-Tnejn filgħaxija wara li n-negozjaturi ewlenin jergħu jiltaqgħu fi Brussell.
In-negozjatur għall-Unjoni Ewropea fuq Twitter kiteb ‘issa naraw hekk hux se jkun hemm ftehim għall-futur. Ix-xogħol ikompli għada’.
We will see if there is a way forward. Work continues tomorrow. https://t.co/dUGmZB4Dgx
— Michel Barnier (@MichelBarnier) December 5, 2020