Brexit: Il-Kabinett Ingliż japprova l-abbozz tal-ftehim

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May ħabbret li l-Gvern tagħha approva l-abbozz tal-ftehim dwar Brexit hekk kif maqbul man-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea Michel Barnier.

May kienet qed titkellem wara laqgħa tal-Kabinett f’Downing Street f’Londra li damet għaddejja ħames sigħat.

Stqarret li l-Kabinett iddiskuta dan il-ftehim u sejħitlu bħala dikjarazzjoni politika ewlenija tar-relazzjoni futura li r-Renju Unit se jkollu mal-Unjoni Ewropea.