Brexit: Il-ftehim ta’ May ma jintlaqgħax għat-tielet id-darba

Sky News

Għat-tielet darba l-Parlament Ingliż reġa’ ma laqax il-ftehim tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-votazzjoni saret il-Ġimgħa kmieni waranofsinhar, fejn il-Membri Parlamentari ma laqgħux il-ftehim b’344 vot kontra u 286 vot favur, b’maġġoranza ta’ 58 vot.

Fid-diskors tagħha May rrimarkat li hija kważi ċerta li r-Renju Unit se tkun qed tieħu sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.

Il-Kap tal-Partit Laburista rrisponda li din is-sitwazzjoni turi li l-Parlament ma jissaportjax dan il-ftehim u għalhekk għandha tinstab alternattiva u jekk le May għandha tirreżenja.