Brexit: Id-diskussjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit jintensifikaw

Read in English.

Id-diskussjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit qed jintensifikaw hekk kif Brexit mingħajr ftehim jidher li se tkun l-eventwalità tas-sitwazzjoni. Dan ħareġ minn aġġornament li ta l-Prim Ministru Boris Johnson lill-membri tal-kabinett.

Johnson qed jipprova jasal għal ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit fil-31 ta’ Ottubru. Madanakollu, Johnson irid li jilħaq ftehim mal-Unjoni Ewropea waqt summit Ewropew fis-17 u t-18 ta’ Ottubru. Imbagħad irid jikkonvinċi lill-Parlament Ingliż fid-19 ta’ Ottubru sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom.

Jekk jirnexxielu, l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea b’arranġament li jnaqqas id-disturbanzi fil-fruntieri. Jekk ma jirnexxielux, l-Ingilterra għandha futur inkwetanti hekk kif il-leġislaturi se jibdew jissieltu għall-posponiment ta’ Brexit li d-deċiżjoni tagħha tispiċċa toħroġ mill-Qorti Ingliża, filwaqt li Johnson se jissielet għal Brexit mingħajr ftehim.