Brexit: Franza tipprepara għal Brexit ta’ mingħajr ftehim

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe qal li xenarju ta’ Brexit mingħajr ftehim (no-deal Brexit) qed jidher li jkun aktar reali u skatta pjan ta’ kontinġenża bi preparazzjoni.

Skont il-BBC, wara li l-Parlament tar-Renju Unit irrifjuta l-pjan ta’ Brexit, Philippe qal li hemm bżonn li jgħaddu l-liġijiet u li jiġu investiti l-miljuni fil-portijiet u l-ajruporti Franċiżi.

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea issa se jżur is-27 belt kapitali fl-Unjoni biex jikkoordina l-pjanijiet ta’ Brexit bla ftehim.

Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea b’rabtiet tajbin mar-Renju Unit diġà bdew jippreparaw għat-tluq tal-pajjiż mill-UE fid-29 ta’ Marzu f’xenarju ta’ bla ftehim.

Kelliema għall-Kummissjoni Ewropea qalet li qed jieħdu s-sitwazzjoni bis-serjetà hekk kif il-possibilità ta’ no-deal Brexit qed tikber.