“Brexit fil-31 ta’ Ottubru” – Ir-Reġina

CREDIT: UK PARLIAMENTARY RECORDING UNIT HANDOUT

Read in English.

Ir-Reġina sostniet li l-priorità tal-Gvern Ingliż huwa li r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea fil-31 t’Ottubru. Dan qalitu waqt id-diskors tagħha għall-ftuħ tal-Parlament.

Id-diskors tagħha żvela l-aġenda tal-Gvern tal-Prim Ministru (PM) Boris Johnson għall-futur. L-aġenda ffukat ħafna fuq Brexit, jiġifieri it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (UE). Barra minn hekk, ir-Reġina qalet li l-Gvern ta’ Johnson se jaħdem biex jimplimenta sistemi ġodda għall-agrikoltura, sajd, u l-kummerċ. Dan partikolarment biex jittieħdu l-opportunitajiet li se joħorġu minn Brexit.

Johnson qed jippjana biex jippreżenta l-abbozz dwar il-ftehim tat-tluq mill-Unjoni Ewropea quddiem il-Membri Parlamentari fil-ġimgħa li ġejja. Però, minħabba l-pożizzjoni prekarja tiegħu fil-Parlament, tfisser li jaf se jitlef il-vot fuq l-aġenda.

Barra minn hekk, Johnson għadu jrid jaqbel ma ftehim mal-UE. Jekk ma jkunx għadu għamel dan sas-summit tal-UE fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa, huwa marbut bil-liġi biex isaqsi għal estensjoni oħra għal Brexit.