Brexit: bżonn ta’ referendum – sindku ta’ Londra

Is-sindku ta’ Londra, Sadiq Khan talab li jsir referendum ieħor fuq is-sħubija tal-Gran Brittanja fl-Unjoni Ewropeja.

Huwa stqarr li l-mod kif l-Prim Ministru nnegozjat it-tluq tal-Gran Brittanja mill-Unjoni Ewropeja wassal għal konfużżjoni sħiħa u wassal lil pajjiż għal triq ta’ ħsara.

Il-Gran Brittanja għandha titlaq mill-Unjoni Ewropeja fid-29 ta’ Marzu. Madanakollu l-pjanijiet tal-Prim Ministru Theresa May għadhom ma ġewx aċċettati.