Brexit bla ftehim ifisser fruntiera fiżika fuq il-gżira Irlandiża – Juncker

Read in English.

Brexit bla ftehim (no-deal Brexit) ifisser li jkun hemm fruntiera fiżika (hard border) fuq il-gżira tal-Irlanda skont il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.

Juncker qal dan waqt intervista fuq Sky News.

Juncker qal li mhux se jkun il-moħħ wara ‘no-deal’ però li l-blokka se jkollha tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha. Attakka MPs li ma semmiex b’isimhom u akkużahom li qed jinsew il-passat u l-paċi li ġab miegħu l-Good Friday Agreement.

Juncker qal li l-Ewropa mhux se tkun responsabbli għall-vjolenza li tista’ tinqala’ minħabba Brexit. Qal li din kienet deċiżjoni tar-Renju Unit.