Bret Michaels b’ġest biex iferraħ tfal ta’ 200 familja

Ritratt: Facebook/BrettMichaels

Wisq probabbli li lil Bret Michaels tal-grupp Poison ma tantx tassoċċjawh mal-Milied jew inkella ma’ xi tip ta’ Father Christmas. Però l-ġimgħa l-oħra hu kien fuq missjoni partikolari biex iferraħ lil ħafna tfal li jgħixu fil-Bahamas.

Il-kantant tal-grupp rock Poison fil-fatt ingħaqad ma’ The Paradise Fund u ppakkja l-jet privat tiegħu b’ġugarelli, ikel, ġwejjeġ, tiżjin tal-Milied u bosta affarijiet oħra biex b’hekk jagħmel differenza fil-ħajja tat-tfal ta’ 200 familja li jgħixu fil-villaġġ ta’ Coopers Town fuq il-gżira ta’ Abaco.

Brett Michaels mal-grupp Poison

Michaels ma libisx ta’ Santa Klaws iżda kellu l-barnuża tipika ta’ Father Christmas biex b’hekk jidħol fl-ispirtu tal-Milied.

Il-ġest nobbli ta’ Michaels jingħad li swieh $20,000 b’rigali li b’hekk hu qassam lil dawk li huma fil-bżonn.