Breivik jirbaħ parti mill-kawża kontra pajjiżu

Anders Breivik, li wettaq massakru fin-Norveġja fl-2011, rebaħ parti mill-kawża tiegħu dwar ksur ta’ drittijiet tal-bniedem li fetaħ kontra pajjiżu.
Il-Qorti qablet mad-dikjarazzjoni tiegħu, li l-mod kif kien qed jinżamm il-ħabs kien “diżuman jew degradanti”.
Ma tatux raġun madankollu dwar il-ksur tad-dritt tal-ħajja privata jew tal-familja.