Breathlessly illum f’Londra

Claudia Faniello llum tkompli bl-impenji tagħha biex tippromwovi lil Breathlessly qabel il-Eurovision 2017.
Meta baqa’ 41 ġurnata qabel jitla’ s-separju f’ Kiev, illum Faniello se tkun mistiedna waqt il-London Eurovision Party.
Din hija l-għaxar edizzjoni tal-Party li jsir f’ Leicester Square.
Il-London Eurovision Party kull sena jlaqqa’ lill-kantanti flimkien u anke jagħti l-opportunita lill-ġurnalisti biex jagħmlu l-ewwel intervisti qabel il-Festival.
Apparti l-kontestanti ta’ din is-sena, bħala mistiedna speċjali se jkun hemm rebbieħa passati tal-Eurovision fosthom Linda Martin tal-Irlanda (1992), Russlana tal-Ukraina (2004), Conchita tal-Awstrija (2014).
Newsbook.com.mt jibqa’ jaġġornak bl-aħħar żviluppi dwar il-Eurovision ta’ Kiev.