Breathlessly f’Amsterdam

Meta baqa’ biss 35 jum qabel il-Eurovision, Claudia Faniello llum se tkompli tippromwovi l-kanzunetta Breathlessly waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Eurovision in Concert.
L-avveniment isir kull sena f’Amsterdam u jlaqqa’ lil ħafna mill-parteċipanti li se jieħdu sehem fis-62 edizzjoni tal-Eurovision.
B’kollox din is-sena se jattendu għall-Eurovision in Concert rekord ta’ 35 mill-43 pajjiż li se jieħdu sehem f’Kiev.
Faniello mistennija tkanta Breathlessly waqt li tkompli tagħti aktar intervisti ma’ ġurnalisti tal-Eurovision li jkunu qed iwasslu leħen Malta lill-pajjiżi tagħhom minn ġimgħat qabel il-Festival.
Newsbook.com.mt jibqa’ jaġġornak dwar Claudia Faniello, b’aġġornamenti diretti minn Kiev u mis-sala tal-Eurovision fl-Ukrajna.
Filmat: Eurovision in Concert – Facebook