Breakwater ta’ €6 miljuni f’Delimara

Il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd talbet lill-Gvern biex jikkunsidra l-possibiltà li jibni breakwater f’Delimara biex jonqos il-periklu li jista’ jkun hemm fil-maltemp bil-ħażna tal-gass.
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali wieġeb li diġà beda x-xogħol fuq il-breakwater li se jiswa €6 miljun u se jitlesta sal-aħħar tal-leġiżlatura.

Il-Gvern issottometta l-applikazzjoni mal-MEPA u għaddej l-istudju dwar l-impatt ambjentali. Is-Segretarjat qal li l-fondi se jinġiebu mill-Unjoni Ewropea u hemm fondi allokati biex jinbena l-breakwater il-ġdid kif ukoll biex jitranġa dak eżistenti.