Brazzuletta tista’ ssalvalek ħajtek

Qatt kellek bżonn il-mowbajl tiegħek urġenti u ma stajtx issibu, jew ma kellekx aċċess għalih?
Il-brazzuletta spotNsave li tiswa €34  tista’ ssalva ħajja meta persuna tkun mhedda u ma tkunx tista’ tuża l-mowbajl.
F’każ bħal dan, il-persuna għandha tagħfas buttuna fuq il-brazzuletta darbtejn li fil-pront tibgħat messaġġ t’għajnuna lill-kuntatti t’emerġenza.
Il-messaġġ ikun jinkludi informazzjoni dwar is-sit, hekk kif il-posizzjoni tal-persuna tkun immarkata fuq Google maps kull żewġ minuti.
L-Indjan Chirag Jagtiani, il-moħħ wara l-brazzuletta qal li l-esperjenza ta’ ħabib tiegħu li kien maħtuf u ttorturat ispiratu biex joħloq forma ġdida t’għajnuna.