Brazzuletta tavżak x’ħin għandek tagħmel krema tax-xemx

Kumpanija Franċiża ħolqot brazzuletta magħmula apposta biex tipproteġi lin-nies mix-xemx.
Il-brazzuletta li għandha sensors tal-UV moħbija, tikkomunika mal-mowbajl permezz tal-bluetooth, biex tgħaddi messaġġi dwar kemm il-persuna tkun esposta għax-xemx.
Tindikalek ukoll l-indiċi UV u meta għandek tagħmel krema protettiva.
Meta tibda tuża l-brazzuletta, l-app issaqsik diversi mistoqsijiet fosthom dwar it-tip ta’ ġilda u kemm tieħdok ix-xemx.
Din il-brazzuletta mhux se tkun qed tinbigħ fil-ħwienet tradizzjonali tal-ġojjellerija, iżda mill-ħwienet tal-Apple u onlajn. Fil-fatt għalissa din il-brazzuletta taħdem biss ma’ prodotti tal-Apple.