Brazzuletta li tkejjel ix-xorb alkoħoliku

Għal dawk kollha li għandhom problema bl-alkoħol u li jixtiequ jieħdu azzjoni, fir-Renju Unit ġiet ivvintata brazzuletta li tintlibes mas-saqajn u li tkejjel l-ammont ta’ xorb alkoħoliku. Ma' din il-brazzuletta teknoloġika , hemm ukoll software tal-kompjuter apposta biex jgħinek tara kemm ikkunsmajt livell ta’ alkoħol bl-eżatt.

Il-kalkolu tal-livell ta’ alkoħol isir grazzi għall-sensers speċjali li jikkalkulaw it-temperatura tal-ġisem. Din il-brazzuletta tipprovdi aġġornament dettaljat kull 30 minuta.