Brażil: Il-pulizija toqtol żagħżugħ u t-toroq jimtlew bil-protesti

Damu għaddejjin matul il-lejl kollu l-protesti ta’ madwar 500 resident f’żona popolari tal-belt ta’ São Paulo fil-Brażil. 

Dan minħabba li r-residenti jinsabu urtati wara li semgħu kif żagħżugħ Brażiljan inqatel mill-pulizija waqt protesta oħra.

Minn tal-inqas 90 persuna ġew arrestati mal-lejl minħabba ksur tal-paċi pubblika u żagħżugħ ieħor spiċċa biex weġġa’ serjament b’daqqiet ta’ pistola.

Fir-reġjun ta' Jacanà, fit-tramuntana ta’ São Paulo, ingħataw in-nar tliet trakkijiet u sitt karozzi tal-linja.