Brażil: Ħames miljuni se jiżfnu mar-ritmu tas-samba

Fil-Brażil, mal-ħames miljun persuna mistennija jiżfnu mar-ritmu tas-samba f’dawn il-jiem tal-karnival.
Il-kuluri, il-ħsejjes u ż-żfin imlew Sambodrome f’Rio De Janeiro, b’20% ta’ dawk li se jżuru l-ispettaklu fil-Brażil huma ġejjin minn pajjiżi differenti.
Il-karnival fil-Brażil mistenni jdum tliet ġimgħat, iżda ħafna drabi l-ispettaklu u l-atmosfera ta’ ċelebrazzjoni ddum għaddejja għal diversi jiem aktar.
Ta’ min jgħid ukoll li baqa’ tliet xhur għal-logħob tat-tazza tad-dinja li se jsiru fil-Brażil, b’diversi turisti diġa’ tefgħu għajnejhom fuq dan il-pajjiż.