“B’qalbi maqsuma kelli ntemm il-karriera ta’ DJ” – Big John

Ritratt: Facebook/BigJohnEbejer

Permezz ta’ messaġġ twil fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, John Ebejer, magħruf bħala DJ Big John, ħabbar it-tmiem tal-karriera tiegħu f’dan il-qasam.

Huwa spjega li t-tabib tal-familja qallu biex jevita li jkun f’postijiet magħluqa minħabba l-COVID-19. Għalhekk kellu jieħu d-deċiżjoni iebsa li jieqaf mix-xena tal-clubbing.

John kien beda l-karriera tiegħu ma’ Godwin Bugeja ta’ Freego Disco meta kellu biss 16-il sena. Sentejn wara kellu l-ewwel mobile disco tiegħu, Karlights u f’nofs is-snin 80  beda jaħdem ma’ Raymond Grima ta’ Black Toe Music Entertainment..

Fil-bidu tas-Snin 90 Ebejer ddeċieda li kien wasal iż-żmien li jaħdem għal rasu. Irritorna wkoll fuq ir-radju. Wara li għal xi żmien kien ippreżenta programmi fuq Radio Malta 2 issa kien beda jippreżenta fuq l-istazzjon RTK, illum 103. Għal xi żmien kien ukoll fuq l-istazzjon Smash.

Fl-istess perjodu beda jaħdem fil-klabbs, l-ewwel fir-Reeds Discoteque f’M’Skala u wara f’The Cotton Club ta’ Paceville. Aktar ‘il quddiem beda wkoll jaħdem ma’ Footloose, Bamboo, Bar Native u Hugo’s Passion.

John qal ukoll li dejjem kellu lħsieb li jirtira fl-età ta’ 61 sena imma issa kif ġew l-affarijiet, minħabba fil-coronavirus, il-karriera tiegħu ntemmet fl-età ta’ 58 sena… dejjem sakemm ma jinstabx vaċċin.

I would like to talk all about a very hard decision I had to take in these days cause of the Covid-19, I was told from…

Posted by Bigjohn Ebejer on Wednesday, July 29, 2020