BP se tkeċċi 4,000 ħaddiem waqt li ż-żejt jorħos

Il-kumpanija taż-żejt BP mistennija tkeċċi mal-4,000 ħaddiem hekk kif il-prezz taż-żejt qed jinżel fl-inqas livelli rekord għall-aħħar snin.
Analisti ekonomiċi saħansitra qed ibassru li ż-żejt għandu mnejn jinżel fil-livell ta’ $10 l-barmil (jew €9.20), li ilu ma jkun b’dan il-prezz baxx mis-snin Disgħin.
Il-prezz taż-żejt bħalissa, ta’ madwar $30 l-barmil (jew €28) hu l-orħos fi 12-il sena.
BP bħalissa għandha 24,000 ħaddiem fid-diviżjoni tal-esplorazzjoni tal-gass, li se jinżlu għal taħt l-20,000 sas-sena d-dieħla.
Il-parti l-kbira tas-sensji se jingħataw din is-sena.
B’kollox, BP tħaddem 80,000 ruħ madwar id-dinja.