Boxer iwaqqaf raġel milli jiftaħ il-bieb f’nofs titjira

Dean Whyte li hu twil ftit aktar minn żewġ metri għannaq raġel li kien qed jipprova jiftaħ bieb għal barra waqt li kienu f’nofs titjira. Ir-raġel beda jipprova jiġbed il-pum u jgħajjat u jgħid li jrid joħroġ.

L-inċident seħħ nhar it-tnejn filgħaxija, madwar siegħa bogħod mill-ħin meta l-ajruplan kellu jinżel fl-Arabja Sawdija. Fil-mezzi tal-midja Ingliżi, kien irrappurtat li r-raġel deher aġitat u pprova jiftaħ bieb fin-naħa ta’ wara tal-ajruplan waqt li qabad jgħajjat b’Ingliż imkisser.

Wieħed mill-passiġġieri pprova jwaqqfu milli jikkawża diżastru, iżda kellu jintervjeni Dean li inċidentalment huwa boxer. Hu qabad lir-raġel u flimkien ma’ sħabu ta’ Brixton Fighters ġibdu lir-raġel ‘l bogħod mill-bieb.

Hu ttieħed lura fis-siġġu fejn kien oriġinarjament u kollox ikkwieta.