Boxer Awstraljan imut wara sessjoni ta’ taħriġ: ħalla warajh 3 itfal

Dwight Ritchie, boxer Awstraljan miet fl-età ta’ 27 sena wara li spiċċa sessjoni ta’ training. Warajh ħalla tlett itfal.

Il-persuna li kienet tgħin lil Ritchie fil-promozzjoni iddiskreviet il-mument bħala wieħed ta’ dwejjaq kbar u li l-aħbar kienet ta’ xokk kbir. Ritchie tilef biss darbtejn fil-karriera tiegħu, bl-aktar waħda riċenti tkun kontra Tim Tszyu meta ġġieldu għall-IBF Australasian super-welterweight title f’Awwissu.

Din it-traċedja waslet xahar biss wara l-mewt tal-boxer Amerikan Patrick Day. Hu kien miet erba’ jiem wara li weġġa’ serjament rasu, b’mod speċifiku moħħu waqt ġlieda kontra Charles Conwell.