Bowling: Il-Maltin jirbħu bosta midalji fil-Kampjonat tal-Mediterran

It-tim Malti tal-bowling kellu bidu tajjeb ħafna fil-Kampjonat tal-Mediterran wara li ntrebħu 3 midalji fl-ewwel jum.

Fis-‘Singles’ tan-nisa, Sue Abela u Sara Xuereb rebħu l-fidda u l-bronż rispettivament biex imbagħad kisbu midalja tad-deheb wara li rebħu l-kompetizzjoni tad-‘Doubles’.

Fis-‘Singles’ tal-irġiel Mauro Anastasi rebaħ midalja tal-fidda hekk kif fl-ewwel post spiċċa t-Taljan Antonino Fiorentino.