​Bowling b’xejn biex titnaqqas l-obeżità fit-tfal

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret illum fl-Eden Superbowl ingħata tagħrif dwar l-inizzjattiva ta’ logħob tal-bowling b’xejn fis-Sajf.
Din l-inizzjattiva hi miftuħa għat-tfal bejn il-5 u s-16-il sena li jistgħu jilagħbu 2 logħbiet b’xejn kuljum tul il-ġranet tas-sajf bejn Lulju u Settembru.
Waqt li jkunu qed jilagħbu t-tfal ser ikunu jistgħu jagħżlu li jieħdu ikel san offrut fuq is-sit.
Eden Leisure Group ħarġu b’din l-inizzjattiva bl-għan ewlieni tagħha huwa li titnaqqas l-obeżita’ fit-tfal.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius, kellu kliem favorevoli għal din l-inizzjattiva li tkompli ssaħħaħ il-ħidma li qed jagħmel il-Gvern kontra l-obeżita’.
Huwa saħaq fuq l-importanza li l-Gvern jingħaqad ma’ entitajiet privati u joħloq inizzjattivi ta’ din ix-xorta.
Għal Agius din l-inizzjattiva għandha għan doppju hekk kif mhux biss qed niġġieldu l-obeżita’  imma qed inħajjru aktar tfal jersqu lejn il-logħba tal-bowling
Il-konferenza kienet indirizzata wkoll minn Charmaine Gauci f’isem il-Health Promotion Unit li saħqet li din l-inizzjattiva hija investiment biex intejbu l-mod ta’ kif wieħed jiekol u l-attivita’ fiżika fl-istess ħin.
Il-konferenza kienet indirizzata wkoll minn Simon Decesare u Neil Dent f’isem Eden Leisure Group.