BOV: Tajr flok bajd għar-rigal tal-Għid

Il-Bank of Valletta ħabbar ir-raba’ edizzjoni speċjali tal-Għid tal-BOV MasterCard Prepaid Card.
Fuq dawn il-cards hemm ritratti ta’ għasafar tal-priża Maltin fosthom Astun Aħmar, is-Seqer ta’ Denbu u l-Ispanjulett Żgħir miġbuda minn Natalino Fenech.
Dawn il-cards jistgħu jinxtraw għal €375 u huma ddenominati fl-ewro b'valuri differenti li jvarjaw minn €50, €75, €100 u €150.
Għal aktar dettalji tista’ żżur is-sit www.bov.com jew iċċempel fuq 2131 2020.
Dawn il-cards jistgħu jingħataw ukoll bħala rigal.