BOV Premier: Qormi u Naxxar relegati, St.Andrews jittamaw

Illejla nqatgħu il-verdetti dwar min ġie relegat mill-Kampjonat BOV Premier.
Hekk kif iż-żona l-ħamra baqgħet indeċiża sal-aħħar ġurnata, finalment se jkunu Qormi u Naxxar Lions li staġun ieħor se jkunu qed jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni.
St.Andrews li spiċċaw fl-10 post tal-klassifika – it-tielet mill-aħħar – se jkunu qed jilagħbu play-off kontra Senglea Athletic li spiċċaw it-tielet fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.
Dan kollu ġie deċiż illejla wara li fil-konfront dirett bejn St.Andrews u Qormi, it-tim ta' Luxol irnexxielu jirbaħ bl-iskor ta' 4-2.
Fil-partita l-oħra, Naxxar li sa llejla kienu għadhom biċ-ċans li jisfurzaw il-play-off, ġew kundannati għal isfel wara li tilfu bl-iskor ta' 2-4 kontra Sliema Wanderers.
Nhar il-Ġimgħa nsiru nafu jekk St.Andrews jirnexxielhomx isalvaw mal-kbar jew ikunux Senglea Athletic li jiġu promossi għas-spejjeż tagħhom.

Ritratt: Arkivji – Paul Zammit Cutajar/MFA