​BOV Plejer tax-Xahar: Cadù ta’ Balzan

Carlos Eduardo De Fiori Mendes rebaħ l-unur tal-BOV Premier League Plejer tax-Xahar għat-tieni darba konsekuttiva.
Cadù ta’ 31 sena kien responsabbli mill-free kick eżatt barra mill-kaxxa fis-87 minuta tal-partita ta’ Balzan kontra Birkirkara. Wara li tliet minuti qabel Kaljevic kien ġab id-draw ta’ 1-1, De Fiori Mendes ta xutt b’saħħtu fil-baxx bil-ballun jibqa’ dieħel fil-lasta u jispiċċa wara l-gowlkiper ta’ Birkirkara.
Il-plejer Brażiljan ta’ nofs il-grawnd kien nominat ukoll bħala l-‘BOV Plejer tal-Logħba’ fir-rebħa ta’ Balzan ta’ 1-0 fuq Senglea biex b’hekk Balzan baqgħu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma’ Valletta.
Bernard Azzopardi, il-Maniġer tal-Fergħa ta’ Birkirkara tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2017 lil Cadù li għal darb’oħra għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.
Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta u dan huwa t-13-il staġun konsekuttiv li l-Bank of Valletta qed ikun l-isponsor prinċipali tal-kompetizzjonijiet lokali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta’ Malta.