BOV jżid il-fond tal-assistenza għan-negozji għal €20 miljun

Bank of Valletta

Read in English.

Il-BOV ħabbar li kabbar il-fond ‘Business Assist’ minn €10 miljun għal €20 miljun.

Fi stqarrija il-bank qal li qed jagħmel li jista’ biex jilqa’ it-talbiet tal-klijenti f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. L-ewwel blokk ta’ €10 miljun diġa ġew allokati biex jassistu lin-negozji, l-aktar dawk żgħar u medji, b’mod speċjali dawk mikro u żgħar, fil-working capital tagħhom.

Il-fond ‘Business Assist’ jipprovdi ‘working capital’ dirett biex jappoġġja lill-klijenti kummerċjali li qed jiffaċċjaw problemi ta’ cash flow. Kull każ huwa meqjus fuq il-merti tiegħu u huwa suġġett għal kundizzjonijiet ta’ self. Is-self massimu għal kull klijent ma jistax jaqbeż il-€500,000 biex jiżgura li l-fond allokat ikun jista jilħaq l-akbar numru ta’ negozji possibbli.

Minbarra l-fond ta’ €20 miljun, il-Bank of Valletta addotta numru ta’ miżuri oħra mmirati biex jipprovdu appoġġ lil negozji bħal:

  • L-imgħax se jersaq għal Ġunju minflok f’Marzu
  • Twaqqif temporanju tal-pagamenti tal-kapital għal bejn tlett xhur u tnax-il xahar
  • Servizzi ta’ finanzjament tal-kummerċ (trade finance) permezz tal-Internet Banking mingħajr spejjeż addizzjonali
  • Proviżjoni ta’ direct working capital għall-klijenti li jiffaċċjaw diffikultajiet ta’ cash flow

Il-klijenti tan-negozju qed jintalbu jikkuntattjaw lir-Relationship Manager tagħhom tal-BOV biex jingħataw informazzjoni addizzjonali dwar kif il-Bank jista’ jassisti n-negozju tagħhom.