BOV jirbħu t-turnew tal-futbol bejn l-organizzazzjonijiet

L-edizzjoni ta’ din is-sena, li fiha kien hemm parteċipazzjoni rekord ta’ 11-il tim, kienet kompetizzjoni fil-forma ta’ 7-a-sides. Fl-istadju tal-gruppi b’round-robin doppju, it-tim tal-futbol tal-BOV rebaħ il-partiti kollha tiegħu fi Grupp 3. Fis-semi-finali, il-BOV rebħu lil BNF Bank bl-iskor ta’ 3-0 biex għaddew għall-finali kontra APEX li BOV spiċċaw rebħuha biex b’hekk rebħu l-kompetizzjoni ta’ din is-sena.

Fit-Turnew tal-Futbol tan-Nisa, it-tim tan-nisa tal-BOV ġie fit-tieni post b’rebħa u draw kontra KPMG u żewġ telfiet kontra t-tim ta’ MeDirect, li kif kien mistħoqq rebħu t-turnew tan-nisa.