BOV jinvestiga allegazzjonijiet ta’ MP tal-PN dwar self

Il-Bank of Valletta fetaħ investigazzjoni interna wara allegazzjonijiet li ntqalu fil-Parlament mid-deputat Nazzjonalista Kristy Debono dwar prassi ħżiena fis-self.
Fi stqarrija, Bank of Valletta saħaq li l-allegazzjonijiet tad-deputat Nazzjonalista huma serji u għalhekk talab investigazzjoni b’urġenza biex jiġi stabbilit jekk dawn l-allegazzjonijiet humhiex fondati jew le.
Kristy Debono allegat li uffiċjali tal-Bank qegħdin taħt pressjoni biex jagħtu self lil individwi jew kumpaniji li ma jkunux idoneji għall-kreditu imma li konnessjonijiet ma’ persuni fil-poter.
Fl-istess ħin, il-bank wera disponibilità li jikkopera mas-Superviżuri Bankarji jekk jiddeċiedu li jinvestigaw l-allegazzjonijiet.