Read in English.
Il-Bank of Valletta ħabbar li l-fergħa tal-Ħamrun ser tingħalaq b’mod temporanju wara li wieħed mill-impjegati rriżulta pożittiv għall-Covid-19.
Il-bank qal li l-fergħa ser tiġi diżinfettata skont id-direzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa, u li se terġa’ tinfetaħ meta jkun aċċertat li m’hemmx aktar riskju ta’ kontaġju.
Żied jgħid li f’każ li jkun hem xi individwi li setgħu ġew esposti għall-kontaġju, dawn għandhom jiġu infurmati mill-awtoritajiet tas-saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing.
BOV wiegħed li se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, filwaqt li ħeġġeġ lill-klijenti tiegħu juża ATMs, karti ta’ kreditu u debitu kif ukoll servizzi bankarji minn fuq l-internet u l-mobile.