BOV Elusive II tirbaħ il-BOV Gozo Regatta 2015

BOV Elusive II rebħet il-BOV Gozo Regatta organizzata mir-Royal Malta Yacht Club fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Tikkompeti fil-klassi IRC Racer 1, BOV Elusive II ħadet vantaġġ mill-irjiħat daqsxejn qawwija tal-Ġimgħa, Elusive kienet l-ewwel dġħajsa li waslet Għawdex.
Taħt idejn Maya Podesta, l-ekwipaġġ tal-Elusive kellhom l-aħjar strateġija f’kundizzjonijiet ta’ riħ varjabbli biex kisbu r-rebħa.
‘Geisha’ ta’ David Pizzuto giet l-ewwel fil-klassi IRC Racer 1 u ‘Lartista’ b’Anton Calleja fuq it-tmun ġiet l-ewwel fil-klassi IRC Cruisers.
Alfie Manduca fuq ‘Lightning’ kiseb l-ewwel pożizzjoni fil-klassi IRC Racers 2 waqt li ‘The Happy Return’ f’idejn Stephanie Jones  rebħu l-RMYC Cruiser Class.
Horace Laudi, Maniġer Reġjonali għal Ghawdex fil-Bank of Valletta u Godwin Zammit, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club ippreżentaw it-trofew tal-BOV Gozo Regatta lil Maya Podesta f’isem l-ekwipaġġ ta’ BOV Elusive II.
Ir-rebbieħa tal-klassijiet kollha l-oħra ġew ippreżentati bi premji waqt ċerimonja fir-Royal Malta Yacht Club