BOV b’fergħa fil-Gżira

Il-BOV fetaħ uffiċċji u fergħa ġdida fil-Gżira.
Fi stqarrija, il-BOV spjega li dawn l-uffiċċji fihom il-fergħa u ċ-Ċentru għal Investimenti.
Qal li l-bini se jkun jaqdi l-funzjoni tal-Ethics and Employee Development u ċ-Ċentru ta' Taħriġ, li ġew rilokati mill-Belt Valletta.
Il-Bank qiegħed f’218-220, Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Il-BOV bħalissa għandu 42 fergħa u 93 ATM.