Bouncers meħlusa mill-akkuża li sawtu eksplejer ta’ Sliema Wanderers

Erba’ bouncers inħelsu mill-akkuża li darbu eksplejer tal-futbol. Il-każ seħħ fil-5 ta’ Ġunju tal-2008 f’Paceville.
Il-bouncers li l-età tagħhom tvarja minn 29 sa’ 34 sena kienu akkużati li sawtu eksplejer ta’ Sliema Wanderers.
Fil-Qorti, l-eksplejer qal li meta kien dieħel f’post tad-divertiment f’Paceville, grupp ta’ Taljani għaddew rimarki fuq ħabibtu.
Sostna li meta qallhom biex iħalluha bi kwietha, wieħed mill-bouncers imbuttah fit-taraġ u spiċċa biex allegatament issawwat.
Wara li semgħet ix-xhieda, il-Qorti ddeċidiet li l-każ kien wieħed aċċidentali u l-bouncers inħelsu mill-akkużi.