Bouncers iweġġgħu tliet Maltin; jinħelsu mill-arrest

Żewġ bouncers Serbi ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti b’urġenza dalgħodu.
Iż-żewġ bouncers, li ilhom jgħixu Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, kienu akkużati li kmieni dalgħodu, għall-ħabta ta’ 2:45am, darbu ħafif tliet maltin wara argument fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville.
L-irġiel ġew akkużati li kkaġunaw ġrieħi ħfief fuq tliet Maltin, li kisru l-paċi pubblika, u li ħadmu bħala gwardjani privati mingħajr ma kellhom il-liċenzja kif tirrikjedi l-liġi.
Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi u ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €5,000.