Kif it-taxxa u l-Magħtab iltaqgħu

Hekk kif nirien ħakmu parti mill-WasteServ fil-landfill tal-Magħtab kmieni dalgħodu, kienu bosta r-ritratti li telgħu fuq il-midja soċjali.

Aktar ma beda għaddej il-ħin, ma naqsux ir-ritratti li ġew irranġati biex jgħaddu xi botta lill-Gvern u lill-Partit Laburista. Kif ukoll uħud li sempliċiment tmejlu bis-sitwazzjoni li l-Maltin sabu ma wiċċhom dalgħodu.

Bosta ġenitur kienu mħassba dwar din is-sitwazzjoni hekk kif uliedhom kellhom eżami tal-MATSEC dalgħodu fl-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary.