Bottas jidħol qabel Hamilton fit-tieni prova tal-British Grand Prix

Valtteri Bottas irnexxielu jaqbeż lil Lewis Hamilton, bit-tnejn jirnexxielhom jispiċċaw ftit qabel Charles Leclerc fit-tieni prova tal-British Grand Prix. Bottas irnexxielhu jispiċċa biss 0.069 sekondi qabel Hamilton, u Leclerc spiċċa biss 0.196 sekondi wara.

Hamilton kellu ġurnata diffiċli minħabba numru ta’ żbalji li għamel. Deher biċ-ċar li kien qed isibha diffiċli biex jagħmel dawra sħiħa tajba mill-bidu sal-aħħar, sakemm irnexxielu jagħmel dawra tajba ferm fit-tieni sezzjoni. Sebastian Vettel ta’ Ferrari ġie fir-raba’ post, qabel Pierre Gasly ta’ Red Bull u Lando Norris ta’ McLaren.