Botta u rispota bejn Allied Newspapers u Keith Schembri

Allied Newspapers Limited qalet li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri qed jipprova jippolitiċizza l-ftehim privat li sar bejn il-Kumpanija u l-eks Direttur Maniġerjali Adrian Hillman.
Il-Kumpanija ċaħdet ukoll dak li qal Keith Schembri li mhix tkun trasparenti.
Ilbieraħ, Allied Newspapers qalet li tlaħħaq ftehim bejnha u Adrian Hillman u rtiraw il-każi li kienu fetħu fil-konfront ta’ xulxin.
Adrian Hillman kien ta r-riżenja tiegħu fil-25 ta’ Mejju u ressaq kawża l-Qorti għall-kumpens.
F’Settembru li għadda l-Kumpanija ressqet każ il-Qorti fil-konfront ta’ Adrian Hillman biex jagħti lrua l-flus li uża mingħajr ebda awtorizzazzjoni.
“Allied Newspapers għandha tippublika r-rapport” – Keith Schembri
Min-naħa tiegħu ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri reġa’ tenna t-talba tiegħu biex Allied Newspapers tippubblika r-rapport tal-inkjesta, li kien intemm f’Settembru li għadda.