Bosta xxukkjati għax Meghan għalqet il-bieba tal-karozza

Minkejja li tgħalaq il-bieba tal-karozza hija xi ħaġa li miljuni ta’ persuni jagħmlu ta’ kuljum, bosta baqgħu xxukkjati wara li d-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Merkle, derhet tagħlaq il-bieba tal-korozza li ħarġet minnha.

Id-dukessa kienet għadha kemm waslet fl-Akkademja Rjali tal-Arti sabiex tattendi għall-ewwel avveniment waħedha minn meta saret parti mill-familja Rjali. Filwaqt li biex ħarġet mill-karozza xi ħadd fetħilha l-bieba, meta ħarġet għalqet il-bieba hi stess.

Bosta kienu dawk li laqqmuha bħala persuna umli, oħrajn iċċajtaw u qalu li dan il-pass tagħha jaf iwassal biex persuni jitilfu xogħlhom. Madanakollu, espert tal-etikett li tkellem ma’ BBC sostniet li b’dan l-aġir, Meghan ma kisret l-ebda tip ta’ protokoll