Bosta splużjonijiet f’Boston fl-Istati Uniti

REUTERS

Bosta splużjonijiet li jidher li kienu kkawżati b’toqba f’pipeline tal-gass naturali heżżew tliet komunitajiet qrib ta’ Boston u skont uffiċjali kkawżaw il-mewt ta’ mill-inqas persuna u 12-il ruħ oħra weġġgħu kif ukoll l-evakwazzjoni ta’ mijiet ta’ nies.

L-isplużjonijiet ħallew bosta djar u bini ieħor imwaqqa jew maħkuma min-nirien hekk kif membri tat-tifi tan-nar minn 50 dipartiment pruvaw għal sigħat ilaħħqu man-nirien f’bosta postijiet u ekwipaġġ mill-korporazzjoni tal-enerġija fittxew li jaqtgħu kompletament il-provvista tal-gass u tal-elettriku fiż-żona biex jevitaw li jkun hemm aktar nirien.

Il-Pulizija saqu bosta drabi fit-toroq b’ħornijiet li bdew iwissu lir-residenti biex joħorġu minn djarhom b’mod immedjat.

Il-kap tat-taqsima tan-nirien ta’ Andover, Michael Mansfield qal li l-investigaturi tan-nirien qed jissusspettaw fi pressjoni qawwija ta’ main tal-gass li jappartjeni lill- Columbia Gas ta’ Massachusetts li rriżultat f’serje ta’ splużjonijiet u nirien.